Wednesday, April 24, 2024

L-aktar pajjiżi li għamlu trapjanti tal-organi

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

B’referenza għall-analiżi li ġiet ippubblikata fuq dan is-sit, rigward l-ewwel trapjant ta’ qalb ta’ ħanżir ġo bniedem, qed niġbru wkoll informazzjoni tal-aktar pajjiżi li għamlu trapjanti tal-organi.

* Fl-2019 globalment kien hemm total ta’ 153,863 trapjanti tal-organi;

* Mill-pajjiżi membri tal-OECD (ara lista isfel), l-Istati Uniti huwa l-aktar pajjiż li għamel trapjanti ta’ organi b’total ta’ 40,621;

* Fit-tieni post hemm Spanja b’5,449 trapjanti segwita minn Franza b’5,910;

* It-tliet pajjiżi bl-inqas ammont ta’ trapjanti f’din is-sena kienu l-Ġappun, il-Greċja u l-Latvia;

* Il-Ġappun, minkejja li għandu waħda mill-aktar sistemi tas-saħħa innovattivi fid-dinja, għandu l-inqas rata għal għadd ta’ raġunijiet fosthom liġijiet antiki u twemmin konservattiv kulturali u reliġjuż;

* Il-Greċja min-naħa tagħha għandha problemi ekonomiċi kbar u m’hemmx investiment fl-infrastruttura medika. Minkejja dan, il-Fondazzjoni Onassis qiegħda tibni ċentru ta’ trapjanti f’Ateni u fis-snin li ġejjin mistenni joffri lill-Griegi sptar tal-għola livell għal trapjanti tal-organi;

* Il-Latvia hija pajjiż Kristjan li għażel l-“Opt-out System”, sistema li jekk ma jkunx applika biex ikun donatur id-deċedut stess jew il-familjari ma jagħtux permess wara l-mewt tiegħu, l-organi ma jmorrux bħala donazzjoni; 

* Fl-aħħar 10 snin aktar minn 14,000 ċittadini Awstraljani gawdew minn trapjant ta’ organu u dan grazzi għall-5,000 donaturi u l-familji tagħhom li aċċettaw li ssir id-donazzjoni tal-organi.

Il-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u Koperazzjoni Ekonomika (OECD) huma 38 – Awstralja, Awstrija, Belġju, Kanada, Ċile, Kolombja, Costa Rica, Repubblika Ċeka, Danimarka, Estonja, Fillandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Iceland, Irlanda, Iżrael, Italja, Ġappun, Korea, Latvia, Litwanja, Lussemburgu, Messiku, Olanda, New Zealand, Norveġja, Polonja, Portugal, Slovakja, Slovenja, Spanja, Svezja, Svizzera, Turkija, Renju Unit u Stati Uniti.

Aqra l-analiżi sħiħa: L-ewwel trapjant ta’ qalb ta’ ħanżir ġo bniedem

Sport