Saturday, December 21, 2024

L-allegat stupru ta’ tifla f’bajja f’Bournemouth: Joħroġ l-isem tal-allegat aggressur

Aqra wkoll

Investigaturi li għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom b’rabta mal-każ ta’ stupru ħarġu isem ta’ raġel li huma jixtiequ jkellmu. Bħala parti mill-inkjesta li għaddejja, il-Pulizija ta’ Dorset għamlet ukoll appell televiżiv fuq Crimewatch Live ta’ BBC One. 

Il-vittma, tifla ta’ 15-il sena, kienet ma’ sħabha tilgħab b’ballun meta f’ħin minnhom spiċċat quddiem żagħżugħ. Dan seħħ fit-18 ta’ Lulju li għadda, għall-ħabta tal-4.00 p.m.

Il-ġuvni eventwalment tefa’ l-ballun lura lejn wieħed mill-grupp u mbagħad beda jkellem lill-vittma, qabel ma ġibidha aktar fil-fond fejn allegatament ġie rrappurtat li stupraha. 

Huwa kien qal lill-vittma li kellu 17-il sena u minn Birmingham, u li jismu “Dabby”. Huwa kien deskritt bħala possibilment ta’ dixxindenza Ażjatika, b’ġilda samra u kellu xagħru skur qasir fost oħrajn. Huwa kien liebes malja sewda jew griża.

Ekonomija

Sport