Wara x-xhieda li persuna tat fil-Qorti fejn għamlet allegazzjonijiet gravi fil-konfont tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Kummissarju Ewropew Helena Dalli kitbet li dan kollu qiegħed ifakkarha fil-każ storiku ta’ “Terinu”.
Dalli tikbet li “fl-istorja politika Maltija, “terinata” tfisser storja falza li tixtered apposta kontra avversarju politiku biex iżżommu ‘l bogħod mill-poter politiku. Fil-każ ta’ Terinu, xhud falz ġie mmanipulat biex jixhed kontra Lord Strickland, akkużah li kien Mażun, u b’hekk ġie mċappas ismu fil-pubbliku – akkuża li aktar tard instabet bħala gidba u li kellha impatt elettorali kbir.”
L-eks Kummissarju Ewropew tgħid li “bl-istess mod, l-allegazzjonijiet kontra Joseph Muscat qed nistħajjilhom “terinata” moderna, jiġifieri bħala arma politika bbażata fuq storja mhux provata, biex tħammeġ isem persuna u tinfluwenza l-opinjoni pubblika b’mod inġust. Din il-parallela turi kemm huwa perikoluż li allegazzjonijiet serji jsiru mingħajr provi, u tqajjem mistoqsija dwar fl-interess ta’ min qed isiru dawn l-attakki u jekk humiex qed jintużaw bħala tattika politika bħalma ġara fil-każ ta’ Terinu.”