Monday, December 23, 2024

L-ambjent fiċ-ċentru tal-politika tagħna

Aqra wkoll

Jikteb il-kandidat Laburista Ray Abela

L-ambjent jikkontribwixxi bil-kbir għall-kwalità tal-ħajja li ngħixu u aktar ma jgħaddi ż-żmien qed ikompli jikber fl-importanza tiegħu. Illum l-ambjent m’għadux “buzz word” imma prijorità u dritt ta’ kull ċittadin biex igawdi kwalità ta’ ħajja aħjar.

L-importanza tal-ambjent żdiedet bl-impatt tal- pandemia COVID-19. Tassew, il-pandemija ġabet magħha għarfien ġdid fuq l-ambjent tagħna u ressqitna aktar lejh. Tul dawn l-ahhar xhur rajna kemm hija mportanti li jkollok pajjiż reżiljenti li jiflaħ għal sfidi bla preċedent u fuq l-importanza tal-iżvilupp sostenibbli.

Mhuwiex koïnċidenza li l-ambjent kien wieħed mit-temi li ġew diskussi fil-mitt idea li permezz tagħhom il Gvern Laburista qed ifassal il-futur ta’ pajjiżna. Mhuwiex koinċidenza li l-ambjent jifforma parti integrali mill-viżjoni tal-gvern; 2021 – 2031. Mhijiex koinċidenza li l-ambjent huwa wieħed mill-prijoritajiet tiegħi kemm dak fiżiku kif ukoll l-ambjent ta’ madwarna, inkluż l-arja.

Tassew, l-ambjent huwa prijorità fil-politika tiegħi għax jolqot direttament lili, lil-familti, lill-pajjiżi u fuq kollox, id-distretti li fuqhom ser inkun qed nikkontesta fl-elezzjoni li jmiss. L-ewwel distrett huwa mifni minn problemi ambjentali. It-tniġġiż fl-arja ġewwa l-Floriana u l-Ħamrun huma kważi d-doppju tal-medja tal-pajjiż. It-tielet distrett ukoll ghandu l-sfidi tieghu fejn jidħol ambjent.

Ħafna sar tul dawn l-ahhar snin biex kull wiehed minnha igawdi minn ambient ahjar. Hafna sar bier pajjizna tassew jindirizza il-kuncetta ta’ sostenibilta’. F’dawn l-aħħar snin rajna diversi inizjattivi li żgur jistgħu jitqiesu bħala pass pożittiv lejn aktar ħarsien ambjentali, inkluż fin-naħa t’isfel ta’ Malta li għal żmien twil kien bħal donnu intesa. Biżżejjed insemmu l-Park tal-Inwadar li ngħata madwar 30,000 metru kwadru iktar milli kien ippjanat oriġinarjament u Wied iż-Żrinġ f’Bulebel li se jiġi ppreservat u mhux se jgħaddi għall-żvillup industrijali.

Ta’ importanza kbira kienu proġetti ambjentali bħal – ECOHIVE – l-ikbar investiment fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna, li se tkun qed tirrivoluzzjona l-mod kif pajjiżna jimmaniġġja l-iskart u tmexxi lil pajjiżna lejn l-ekonomija ċirkolari.

Ta’ importanza hija l-ħidma bla qatigħ tal-gvern biex tkompli tiġi konsolidata l-idea li l-iskart ġġenerat minn pajjiżna għandu jiġi riċiklat. Ta’ importanza hija l-politika tal-gvern biex inkomplu inħaddru pajjiżna. Ghaqlija kienet id-deċiżjoni tal-gvern biex tigi rriveduta il-Fuel Stations Policy, li fiha restrizzjonijiet kbar fuq l-ODZ.

Kritiku kien il-pass tal-gvern bier zoni ġodda jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-netwerk tal-Unjoni Ewropea Natura 2000. Ghaqli kien il-pass bier id-Development Planning Fund (DPF) ikompli jagħti l-frott favur il-benesseri tas-soċjetà. Dan biex ma nsemmux inizjattivi ohra mehuda ricenti li permezz taghhom negozji jistgħu jibbenefikaw minn għotja ta’ €20,000 biex jitnaqqas l-użu tal-plastik permezz ta’ skema tal-Malta Enterprise. 

Il-Gvern Laburista però ħass li dan ma kienx biżżejjed. Hass li l-politika tiegħu għanda timxi pass ieħor biex tassew l-ambjent naturali u anke dak urban jipprovdu l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex in-nies, il-familji u t-tfal igawdu minn ħin ta’ kwalità flimkien. Dan il-pass qed visir ukoll biex l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna ma jkunx ta’ detriment għall-ambjent ta’ madwarna.’ pajjiżna. Kien ghalhkkk li fill mitt-idea l-Partit Laburista qed iressaq punti cruciali gal- Malta t’ghada inluz li l-art pubblika għandha tkun għat-tgawdija ta’ kulħadd permezz ta’ dimarkazzjoni ċara taż-żoni u passaġġi pubbliċi li jistgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin. Fill-mitt punt qed jigi propost ukoll trasformazzjoni fl-ispazji urbani bbażata fuq il-kunċett ta’ green cities. Il-mitt punt jenfasizza wool fuq l-importanza tal-ilma u jishaq fui il-bzonn li nsaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiż li jaħżen aktar ilma naturali filwaqt li tiġi assigurata l-ogħla kwalità fl-ilma provdut mill-entità pubblika responsabbli. 

Dan huwa gvern li qed jagixxi bil-fatti fuq l-ambjent. Dan huwa tassew gvern li ghalih l-ambjent huwa fic-centru tal-politika tiegħu. Nemmen li l-viżjoni tal-gvern 2021 -2031 kif ukoll il-mitt idea ser ser ikontribwixxu ghal-Malta aħjar. Huwa ghalhekk li kommess li nahdem bla qatigħ biex jien, flimkien ma shabi li kkontribwixxejna għal mitt-idea, nimplimentaw dak li fassalna. Huwa ghalhek li ser nikkontribwixxi biex tassew l-ambjent fuq livell distrettwali u nazzjonali jkompli jitjieb. 

Din hija l-politika tiegħi. Din hija l-politika tal-Gvern Laburista. Din hija l-politika għal Malta aħjar. 

Ekonomija

Sport