Friday, April 19, 2024

L-Amerikan Caeleb Dressel bi status ta’ għawwiem leġġendarju

Aqra wkoll

L-Amerikan Caeleb Dressel rebaħ il-ħames midalja tad-deheb tiegħu fil-Logħob ta’ Tokyo 2020 b’waħda mill-aqwa wirjiet fl-istorja tal-Olimpjadi. 

Huwa kien fit-team rebbieħ tal-4x100m medley relay li rreġistra rekord mondjali … dak ta’ 3:26.78. Ir-rekord preċedenti kien dak ta’ 3:27.28 stabbilit mill-Amerikani stess, f’Ruma, eżattament fit-2 ta’ Awwissu, 2009.

It-team kien kompost ukoll minn Ryan Murphy, Michael Andrew u Zach Apple. Huma għelbu lill-Britannja b’0.73 ta’ sekonda filwaqt li l-Italja rebħu l-bronż f’ħin ta’ 3:29.17.  

B’dan ir-rebħ ta’ ħames midalji tad-deheb f’edizzjoni waħda tal-Olimpjadi, Dressel jidħol fi status ta’ leġġendarju hekk kif laħaq lilMichael Phelps, Mark Spitz u Matt Biondi, kif ukoll Kristin Otto tal-Ġermanja tal-Lvant. 

Ta’ min jgħid ukoll li Phelps għamilha tliet darbiet. 

Sport