Wednesday, April 24, 2024

Covid-19: 80 każ ġdid u jfiqu 214; il-każijiet attivi jinżlu għal 1,713

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,378 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 80 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 214-il persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,713.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 38 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 32 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm ħamsa li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 423 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 759,818 doża. Minn dawn 399,690 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 382,255 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Sport