Saturday, November 23, 2024

L-Amerikan Quincy Hall jirbaħ l-400 metru

Aqra wkoll

L-Amerikan Quincy Hall rebaħ il-midalja tad-deheb fl-400 metru tal-irġiel, meta temm it-tellieqa fi 43.40 sekonda.

Il-Brittaniku, Matthew Hudson-Smith, li deher kmand sal-aħħar ftit metri sakemm qabżu Hall, rebaħ il-fidda fi 43.44, filwaqt li Muzala Samukonga ta’ Żambja ħa l-bronż fi 43.74.

Hall kien ftit lura fl-aħħar medda tat-tellieqa qabel ma sprint frenetiku ppermettielu jaqbeż lil bosta atleti, inkluż Hudson-Smith, li kien fuq quddiem. Hall iċċelebrata billi għamel anġlu tas-silġ fuq it-track.

Michael Norman, l-uniku Amerikan l-ieħor fit-tellieqa, spiċċa fl-aħħar pożizzjoni.

Sport