Monday, May 13, 2024

L-ammiratur ta’ Trump fuq quddiem fit-tellieqa għall-elezzjoni presidenzjali tal-Arġentina

Il-politikant tal-lemin estrem Javier Milei

Aqra wkoll

Il-politikant tal-lemin estrem Javier Milei, li għandu ammirazzjoni lill-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump, kiseb l-akbar ammont ta’ voti f’elezzjoni fl-Arġentina. 

Din l-ewwel elezzjoni, li fiha jieħdu sehem kandidati presidenzjali mill-partiti kollha, titqies bħala indikatur ewlieni għall-elezzjoni presidenzjali tat-22 ta’ Ottubru li ġej.

Milei qabeż l-aspettattiivi billi rebaħ 30% tal-voti u rebaħ saħansitra lil politiċi aktar stabbiliti. Il-midja Arġentina ddeskriviet ir-riżultat bħala “terremot politiku.” 

Din l-elezzjoni hija differenti minn dik li ssir f’pajjiżi oħra, peress li mhix biss ristretta għall-membri tal-partit, iżda miftuħa għal dawk kollha eleġibbli biex jitfgħu l-vot tagħhom. Il-votazzjoni hija wkoll obbligatorja.

Għalhekk minn jikseb l-akbar ammont ta’ voti jitqies bħala favorit għall-elezzjoni presidenzjali. 

Meta ngħaddu aktar minn 97% tal-voti, is-Sur Milei kellu 30.06% tal-voti, u warajh kien hemm il-kandidata konservattiva Patricia Bullrich b’28.27% u l-Ministru tal-Ekonomija Sergio Massa b’27.24% tal-voti. 

Sport