Tuesday, May 14, 2024

L-appell ta’ Barcelona għas-sospensjoni ta’ tliet partiti għal Lewandowski ma jintlaqax

Aqra wkoll

Meta Barcelona għelbu lil Osasuna barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-0, fit-8 ta’ Novemrbu li għadda, l-attakkant Robert Lewandowski tkeċċa wara li ntwera żewġ karti sofor. 

Filwaqt li idealment din it-tkeċċija tirriżultat f’sospensjoni ta’ logħba waħda, il-Pollakk ġie sospiż tliet logħbiet minħabba ġest li għamel waqt li kien ħiereġ mill-ground … huwa mess imnieħru u indika lejn ir-referee biex jgħaddi messaġġ partikolari. 

Madankollu, Lewandowski aktar tard iċċara li l-azzjonijiet tiegħu kienu diretti lejn Xavi rigward waħda mill-konversazzjonijiet li kellhom ftit ġimgħat qabel. 

Barcelona kienu appellaw din is-sospensjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Isport. Matul dak l-appell, il-Pollakk kien disponibbli għal-logħba fid-draw ta’ 1-1 kontra Espanyol minkejja diversi protesti. 

Jidher li l-appell tal-Kalatani ma ntlaqax u għaldaqstant se jkun sospiż kontra  Atletico Madrid, Getafe u Girona.

Sport