Wednesday, September 30, 2026
Home Kultura L-AQWA GĦOXRIN TAL-MALTIN (2005 – 2025)

L-AQWA GĦOXRIN TAL-MALTIN (2005 – 2025)

0
56

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tħabbar li l-pubbliku huwa mistieden biex jieħu sehem fit-tieni edizzjoni tal-kunċert l-Aqwa 20 tal-Maltin, ċelebrazzjoni tal-kanzunetta Maltija. L-ewwel kunċert ittella’ b’suċċess kbir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, filwaqt li t-tieni edizzjoni fil-miftuħ hija ppjanata għal Mejju li ġej.

Il-pubbliku jista’ jieħu sehem billi jżur is-sit www.aqwa20.com u jivvota għall-kanzunetta Maltija favorita tiegħu, miktuba u interpretata bil-Malti u li ħarġet bejn l-2005 u l-2025. L-aktar 20 kanzunetta popolari, kif magħżula mill-votanti, se jiġu interpretati live minn uħud mill-aqwa kantanti Maltin, akkumpanjati minn orkestra live taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.

Il-votazzjoni tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2026.

Għal aktar dettalji, żur il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here