L-AQWA SENTIMENT FOST IN-NEGOZJI MALTIN FL-AĦĦAR TLIET SNIN  – il-Bank Ċentrali

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta minn l-aħħar stħarriġ li ppubblika, liema stħarriġ sar  fost l-intrapriżi f’pajjiżna, qiegħed juri li minkejja l-kunflitti dejjem jikbru f’Lvant Nofsani, il-maġġoranza tan-negozji qed jistennew titjib fl-attività tagħhom fix-xhur li ġejjin.

Waqt li fl-istħarriġ preċedenti, il-maġġoranza kienet ta’ 42 fil-mija, filwaqt li issa din il-maġġoranza żdiedet għal 49 fil-mija – l-akbar proporzjon osservat f’dawn l-aħħar tlett snin.

L-aktar li esprimew ottimiżmu kienu kumpaniji tal-kostruzzjoni, tas-servizzi, kif ukoll kumpaniji tal-manifattura.

Meta mistoqsija fuq l-andament tan-negozju fl-aħħar xhur, bil-kontra ta’ dak li qed jiġri madwar l-Ewropa, in-negozji f’pajjiżna sostnew li l-attivita tjiebet. Dan hekk kif minn maggoranza ta’ 33 fil-mija li qalu li osservaw titjib fl-istħarriġ li sar tlett xhur qabel, issa l-maġġoranza telgħet għal 41 fil-mija.

Sadanittant, operaturi fl-industrija turistika nnutaw ukoll żieda qawwija fl-attività, anke jekk dawn fl-aħħar xhur għollew il-prezzijiet tal-vjaġġi tal-ajru.

It-titjib fis-sentiment ekonomiku joħroġ ukoll mir-risposti li taw in-negozji meta mistoqsija jekk hux se jinvestu aktar. Filfatt maġġoranza ta’ 27 fil-mija ta’ kumpaniji qalu li se jinvestu aktar, żieda fuq il-25 fil-mija minn tlett xhur qabel.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport