Monday, May 13, 2024

L-Arġentina jibqgħu fil-quċċata tar-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Fix-xahar ta’ Novembru ntlagħbu 188 logħbiet internazzjonali madwar id-dinja, bil-kwalifikazzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal- FIFA 2026 isiru fl-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel.

L-iskedi tal-konfederazzjonijiet l-oħra kienu jinkludu logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, konfronti tal-CONCACAF Nations League 2023-24 u l-Logħob tal-Paċifiku 2023.

Dawn il-logħbiet kollha kellhom effett sinifikanti fuq ir-Rankings tad-Dinja tal-FIFA/Coca-Cola, inkluża tibdila fuq il-podju.

Għalkemm iċ-champions tad-dinja, l- Arġentina (l-ewwel) għadhom fuq quddiem minn Franza (it-tieni), l-Ingilterra (it-tielet, +1), issa jinsabu fit-trio ta’ timijiet fuq qud­diem tal-grupp, segwiti mill-Belġju (ir-raba’, +1).

Għalkemm il-Brażil (il-ħames, -2) tilfu l-momentum wara telfiet konsekuttivi mill- Kolombja u l-Arġentina, huma żammew posthom mal-ewwel ħamsa.

L-Olanda (6, +1) u l-Portugall (7, -1) innegozjaw postijiet fl-ewwel 10, li għal darb’oħra huma kompluti minn Spanja (8), l-Italja (9) u l-Kroazja (10).

L-Urugwaj (11-il post, +4) għamlu progress sod, iżda jridu jikkuntentaw b’post barra mill-ewwel 10. L’Albiceleste mhumiex l-uniku team li telgħu fil-klassifika hekk kif jingħaqdu ma’ timijiet oħra bħat-Tuneżija (28 post, +4), l-Ekwador (32, +4), ir-Rumanija (43, +5), is-Slovakkja (45, +5) u l-Greċja (47, +4), dawn tal-aħħar reġgħu daħlu fl-aqwa 50 flim­kien mal-Ivory Coast (50, +2). 

IT-TEAM MALTI JINŻEL POŻIZZJONI – It-team Malti, li għalaq il-logħob ta’ kwa­lifikazzjoni b’partita diffiċli kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium, niżel post wieħed meta mill-171 issa qed jokkupa l-172.

Fir-rankings bejn il-pajjiżi Ewropej Malta tinsab ir-raba’ mill-aħħar b’warajna jkun hemm Ġibiltá (201), Liechtenstein (203) u San Marino (210) li huwa l-aħħar post.

Qabel Malta jiġu Andorra li jinsabu fil-163 post.

Sport