Monday, May 13, 2024

UNL tan-Nisa: It-team nazzjonali viċin li jikteb l-istorja

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tan-Nisa, immexxi mill-coach Taljana, Manuela Tesse, jinsab ferm viċin li jikteb l-istorja fil-UEFA Nations League  meta llum jilgħab barra minn xtutna kontra l-Moldova, f’Zimbru Sta­dium, fil-belt ta’ Chisinau.  

Bħalissa l-Maltin huma leaders assoluti ta’ Grupp C1 ta’ League C, b’punti massimi … fejn punt ikun biżżej­jed biex niksbu l-promozzjoni għal League B.  

Il-Maltin diġá lagħbu kon­tra l-Moldova, f’Settembru li għadda, meta fis-Centenary Stadium ħriġna rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Haley Bugeja. 

Bla dubju, anke li nibdew bħala favoriti li nirbħu din il-logħba, irridu nuru rispett lejn l-avversarji tagħna … biex, nhar it-Tlieta li ġej, 5 ta’ Diċembru, fis-Centenary Stadium, nilagħbu l-aħħar partita tal-grupp kontra l-Lat­vja … u nkunu nistgħu niċċelebraw din il-promozzjoni.

Il-partita tibda fit-3.00 pm

L-iskwadra msejħa minn Tesse hija: 

Goalkeepers:  Janice Xue­reb (Birkirkara). Raisa Cos­tantino (Tharros – Italja).

Difensuri:  Emma Lipman (Como – Italja); Charlene Zammit, Stephania Farrugia, Valentina Rapa, Ann Marie Said (Birkirkara); Jessica Lee Dimech, Tammy Falzon, Jade Schembri Emma Xuereb (Swieqi U.).  

 Midfielders: Rachel Cuschieri (Sampdoria – Italja); Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi U.), Brenda Borg (Mgarr U.), Nicole Sciberras (Hibernians); Veronique Mifsud (Birkirkara).

Attakkanti: Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra); Kailey Willis (Meran Women – Italja); Haley Bugeja (Inter – Italja); Ylenia Carabott (London Seaward FC – Ingilterra; Alishia Sultana (Birkirkara), Maya Lucia (Split – Kroazja)

Sport