Monday, May 13, 2024

It-timijiet Ingliżi u Taljani jgħaddu

Aqra wkoll

Meta fadal ġurnata oħra biex tintemm il-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League, it-tliet timijiet Ingliżi, Liverpool, Brighton u West Ham … u t-tnejn Taljani, Roma u Atalanta, kollha għaddew għall-Aħħar 16. 

Liverpool v LASK Linz – Liverpool ġewwa darhom f’Anfield għelbu lil LASK Linz bl-iskor konvinċenti ta’ 4-0, bl-erba’ goals għalihom jaslu minn Luis Diaz (12), Cody Gakpo (15, 92) u Mohamed Salah (51), b’dan il-goal ikun l-20 wieħed tiegħu fl-aħħar 19-il partita f’Anfield, biex issa jinsab goal wieħed biss ‘il bogħod milli jgħaqqad il-200 goal ma’ Liverpool.

Servette v Roma – Roma u Servette temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, bil-Giallorossi jiftħu l-iskor permezz ta’ Romelu Lukaku (21), waqt li l-Iżvizzeri ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Chris Bedia (50).

AEK v Brighton – Brighton kitbu l-istorja meta fl-ewwel avventura tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej, huma kkwaliikaw għall-Aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni.

Dan wara li barra minn darhom għelbu lil AEK Athens bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn penalty ta’ Joao Pedro (55).

Bocka T. v West Ham – West Ham marru għand Bocka Toplo u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal fid-89 minuta minn Tomas Soucek … biex issa qed jaqsmu l-ewwel u bbukkjaw posthom għar-round li jmiss. 

Atalanta v Sporting L. – Atalanta, diġá kwalifikati, spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Sporting Lisbon. Gianluca Scamacca (23) fetaħ l-iskor għat-Taljani iżda Marcus Edwards (56) kiseb id-draw għall-Portugiżi.

Rangers v Limassol – Rangers u Limassol temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, bil-goal għall-Iskoċċiżi jasal minn Ross McCausland (49), waqt li Shavy Babicka (28) kien fetaħ l-iskor momentarjament għaċ-Ċiprijotti.

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Aston Villa v Legia Warsaw – Aston Villa ġewwa darhom għelbu lil Legia Warsaw bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Moussa Diaby (4) u Alex Moreno (59). Ernest Muci (20) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Pollakki.

Fiorentina v Genk – Fiorentina ġewwa darhom fi Stadio Artemio Franchi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 kontra Genk, bl-awturi tal-gaols għall-Viola jkunu Lucas Martinez Quarta (49) u Nicolas Gonzalez (82) minn penalty. Dan sabiex Joris Kayembe (45) skorja l-uniku goal għall-Belġjani.

Sport