Sunday, November 24, 2024

L-atleta Malti Beppe Grillo eliminat fil-heats tal-100 metru

Aqra wkoll

L-atleta Malti, Beppe Grillo, ġie eliminat mill-100 metru meta fis-sitt heat tar-round preliminari huwa spiċċa fil-ħames post minn tmiem parteċipanti.

Din it-tellieqa ntrebħet mill-atleta mill-Panama, Arturo Deliser Espinosa, f’ħin ta’ 10.34 sekondi, segwit minn dak ta’ Seychelles, Dylan Sicobo (10.51) u ta’ Gabon, Wissy Frank Mou­koula (10.59).

Il-ħin ta’ Grillo kien dak ta’ 10.69 sekondi meta daħal ras imb’ras mal-atleta ta’ Surinam, Jalen Lisse, iżda dan tal-aħħar kien 0.05 ta’ sekonda aktar veloċi.

Huwa ried jiġi fl-ewwel żewġ postijiet biex jassigura postu fl-ewwel round ta’ din il-kompetizzjoni.

Grillo kellu ħruġ tajjeb iżda mal-ewwel 20 metri huwa waqa’ lura biex f’dik id-distanza qasira tal-korsa mill-ewwel deher li ma kienx se jagħmilha.

Peró mill-pożittiv huwa kompla jissielet biex ħalla tliet atleti warajh.

B’kollox, il-Malti ġie klas­sifikat fl-24 post minn 45 atleta.

B’hekk ġiet fi tmiemha l-parteċipazzjonio Maltija, f’Pariġi 2024.

Dan wara li Katryna Es­posi­to ħadet sehem fil-judo, Gian­luca Chetcuti ħa sehem fit-Trap tal-isparar u l-għawwiema Sasha Gatt ipparteċipat fl-1500 metru freestyle u Kyle Micallef fil-50 metru freestyle.

Fil-veritá, ma tantx kelhom prestazzjonijiet tajbin minħabba li ġew eliminati mill-ewwel. 

Sport