Monday, November 23, 2026
Home Sport L-atleta Malti strongman Tony Farrugia uffiċjalment isar id-detentur ta’ tliet World Guinness...

L-atleta Malti strongman Tony Farrugia uffiċjalment isar id-detentur ta’ tliet World Guinness Records

0
47

L-atleta Malti strongman, Tony Farrugia, uffiċjalment sar id-detentur ta’ tliet World Guinness Records, u b’hekk żied kisba oħra inkredibbli mal-kollezzjoni dejjem tikber tiegħu.

Farrugia kkonferma dan it-tragward wara li rċieva rikonoxximent uffiċjali talli rnexxielu jċaqlaq ammont impressjonanti ta’ 560kg ta’ xkejjer tar-ramel f’minuta waħda biss.

Ir-rekord inkiseb fil-11 ta’ Ottubru 2026 fiż-Zurrieq, bil-Guinness World Records jikkonfermaw il-kisba tiegħu fil-kategorija tal-akbar piż imċaqlaq permezz tal-ġarr ta’ xkejjer tar-ramel f’minuta waħda (kategorija tal-irġiel).

Farrugia, li ilu jitħarreġ fl-isports tas-saħħa għal aktar minn 15-il sena, diġà ġibed l-attenzjoni grazzi għall-kisbiet straordinarji tiegħu.

Ix-xahar li għadda biss, huwa kiser ir-rekord dinji Guinness għat-tfigħ ta’ medicine ball waqt l-avveniment ‘DAF Drive Day 26’.

Il-kisbiet preċedenti tiegħu jinkludu wkoll l-irfigħ ta’ persuna ta’ 48.1kg ’il fuq minn rasu bl-użu tas-saba’ ż-żgħir biss, kif ukoll it-twettiq ta’ 13-il repetizzjoni ta’ rfigħ ta’ magna tal-ħasil ta’ 54kg ’il fuq minn rasu b’id waħda, kollha f’minuta waħda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here