Sunday, December 22, 2024

L-attakk fi Christchurch … Brenton Tarrant jammetti li qatel 51 Musulman

Aqra wkoll

Raġel akkużat li wettaq attakk fatali f’żewġ moskej fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand f’Marzu tas-sena li għaddiet, wieġeb li huwa ħati għal 51 akkuża ta’ qtil.

Brenton Tarrant, ir-raġel Awstraljan ta’ 29 sena, ammetta wkoll l-akkużi ta’ attentat ta’ qtil ta’ 40 persuna oħra u għal akkuża waħda relatata ma’ terroriżmu.

Għall-ewwel huwa ċaħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kellu jgħaddi ġuri f’Ġunju li ġej, iżda imbagħad għażel li jammetti.
Tarrant kien iffilmja lilu nnifsu jwettaq l-attakk u ppubblika manifest ta’ 74 paġna li fih saħaq li huwa kien ġej minn familja mill-klassi tal-ħaddiema, li kellha dħul baxx.

Huwa kien qal li mar jgħix New Zealand temporanjament biex jippjana u jitħarreġ għall-attakk, u kien wara li ddeċieda li jwettaq l-attakk li għażel li jibqa’ jgħix fil-pajjiż.

New Zealand bħalissa tinsab fi stat ta’ lockdown minħabba t-tifrix tal-coronavirus u l-ammissjoni tiegħu saret f’seduta fil-Qorti ta’ Christchurch il-Ħamis.

L-ebda membru tal-pubbliku ma tħalla jattendi għas-smigħ tas-seduta u Tarrant, flimkien mal-Avukati tiegħu, dehru fil-Qorti permezz ta’ video-link. Rappreżentanti taż-żewġ moskej li sfaw fil-mira tal-attakki tħallew jattendu għas-smigħ biex jirrappreżentaw lill-vittmi u l-familjari tagħhom.

Ekonomija

Sport