Monday, May 20, 2024

L-attakki u l-invażjoni fl-Ukrajna m’għandhomx l-appoġġ tal-poplu Russu

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-azzjoni ta’ Putin li jinvadi l-Ukrajna, ma niżlitx tajjeb kemm mal-pajjiżi tal-Punent, u lanqas fir-Russja stess. Filfatt ħafna mill-poplu Russu minħabba r-rabtiet li hemm mal-Ukrajna, m’humiex favur din l-invażjoni u dan il-kunflitt. Hu fatt stabbilit li ħafna mill-poplu Russu bl-ebda mod ma jara lill-Ukrajna bħala theddida għar-Russja. Hu fatt ukoll li ħafna miċ-ċittadini Russi ma jridux gwerra mal-Ukranja. Ma naqasx li f’diversi bliet Russi, mal-ewwel jum tal-kunflitt kien hemm diversi protesti kontra din l-invażjoni fosthom f’San Pietruburgu, il-post fejn twieled l-istess Putin.

Iċ-ċittadini Russi inkwetati fuq tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja u nuqqas ta’ libertajiet

Ħafna miċ-ċittadini Russi llum, l-aktar li jinkwetahom huma is-saħħa tal-munità tagħhom, it-tnaqqis fil-kwalità tal-għixien, id-differenza dejjem tikber bejn is-sinjuri u l-fqar u n-nuqqas ta’ libertajiet. 

Wieħed irid iżomm f’moħħu ukoll li minkejja l-protesti li kien hemm u minkejja l-iskuntentizza li hemm fir-Russja, il-poplu Russu ma’ tantx issibu involut fil-politika. Din hi xi ħaġa li għandha għeruq li ġejjin mill-passat.

B’li qed jagħmel Putin se jħarrax in-nazzjonaliżmu Ukren

Wieħed jista’ jargumenta li l-Ukreni m’għandhomx is-saħħa u l-qawwa li jirreżistu għat-tul l-invażjoni fuq l-Ukrajna. M’hemm ebda dubju li l-impożizzjoni ta’ Putin se twassal biex tħarrax is-sentiment tan-nazzjonaliżmu fl-Ukrajna u m’hemmx dubju li dan jerġa’ joħroġ fill-beraħ b’saħħtu meta tfiġġ l-opportunità. Forsi kien ikun aktar aktar għaqli li Putin flok jipponta is-swaba lejn Lenin għall-ħolqien tal-Ukrajna, ra li jieħu l-lezzjoni minn dak li wettaq Lenin, jiġifieri li jinvovi ruħu li jgħin u jkollu attitudni li jakkomoda lin-nazzjonaliżmu Ukren. Hu b’dan il-mod biss li Putin ikun qed iħares l-interessi Russi għal tul ta’ żmien. Is-soluzzjoni u l-azzjoni li ħa fl-aħħar sigħat, huma passi li ż-żmien għad juri li kienu deċiżjonijiet ħżiena u li kellhom jiġu evitati. Dan għax kienu deċiżjonijiet li wasslu għall tmiem ta’ ħajjiet qabel iż-żmien, f’kunflitt li seta’ ġie evitat.

Sport