Thursday, May 16, 2024

L-attenzjoni tal-lum u għada fuq il-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Bejn illum u għada tintlagħab il-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal- UEFA Champions League fejn mistennija jikkwalifikaw aktar timijiet għall-Aħħar 16 biex jingħaqdu ma’  Real Madrid, Bayern Munich, Inter, Real Sociedad, Manchester City u Lei­pzig.

Iżda mingħajr l-ebda dubju l-aqwa partita ta’ dan il-programm hija dik bejn Galatasaray u Manchester United, li se tintlagħab għada.

Filwaqt li t-team Tork jinsab fit-tielet post, il-Uni­ted jinsabu fl-aħħar post ta’ Grupp A u meta jkun fa­dal partita waħda biss, telfa għaż-żewġ timijiet tkun tfisser l-eliminazzjoni.

Fl-istess grupp hemm FC Copenhagen li jinsabu fit-tielet post bl-istess ammont ta’ punt u jridu jmorru jilagħbu għand Bayern Munich. 

Ir-Red Devils jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 għand Everton. 

L-uniku player assenti għal Gala huwa Abdulkarim Bardacki filwaqt li l-coach, Erik ten Hag, se jkollu jgħaddi mingħajr is-servizzi ta’ Casemiro, Jonny Evans, Christian Eriksen u Rasmus Hojlund … kollha imweġġgħin. 

Milan, li jinsabu fit-tielet post ta’ Grupp F, jospitaw lil Borussia Dortmund fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom hekk kif jinsabu distakkati b’żewġ punti minn Borussia li jinsabu fil-quċċata. 

Nhar is-Sibt li għadda, ir-Rossoneri kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Fiorentina biex jin­żlu għal din il-partita b’mo­ral għoli. 

Iżda anke Borussia ġejjin minn rebħa ta’ 4-2 fuq Bo­russia Moenchengladbach u għalhekk għandu jkun konfront mill-aktar interessanti. 

Fil-partita preċedenti il- partita spiċċat fi draw ta’ bla goals.  

Oliver Giroud se jirritorna għal Milan minn sospensjoni iżda se jkol­lhom neqsin lil Rafael Leao, Mattia Caldara, Marco Pellegrino, Marco Sportiello, Pierre Kalulu u Noah Okafor minħabba injuries. 

Paris St Germain jilqgħu lil Newcastle b’dawn tal-aħħar jinqalgħu jekk jo­ħorġu telliefa.

Min-naħa tal-Pariġini, jik­kwalifikaw jekk huma jirbħu u Milan jonqsu milli jagħmlu dan.  

Iżda huma għandhom bosta players neqsin, fosthom Keylor Navas, Nuno Mendes, Warren Zaire-Eme­ry, Marquinhos u Sergio Ri­co.

Il-Magpies se jkollhom jilagħbu mingħajr l-imweġ­ġgħin, Joe Willock, Callum Wilson, Harvey Barnes, Matt Targett, Elliot Anderson, Jacob Murphy, Dan Burn u Sven Botman.

Fi Grupp B, punt ikun biżżejjed għal Arsenal meta jospitaw lil RC Lens. 

Il-leaders tal-Premier Lea­­gue m’għandhomx ifallu, tant,  li l-coach, Mikel Arteta, mistenni jagħmel rotaz­zjoni tal-players.

Fi Grupp H, Barcelona jkunu nvoluti f’partita diffiċli kontra Porto u għandhom bżonn rebħa biex jaċ­ċertaw posthom mal-Aħħar 16 … wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom huma sfaw megħluba minn Shakhtar Donetsk (1-0) li wkoll daħlu biċ-ċans. 

Sport