Thursday, December 26, 2024

L-Attivista Ambjentali u l-għawwiem Neil Agius innominat għall-World Open Water Swimming Man of the Year

Aqra wkoll

Il-World Open Water Swimming Association, l-assoċjazzjoni internazzjonali ddedikata għall-organizzazzjoni, il-promozzjoni u r-rikonoxximent tal-għawwiema fil-baħar miftuħ innominat lill-għawwiem Malti, Neil Agius għall-premju prestiggjuz il-World Open Water Swimming Man of the Year.

L-Għawwiem Olimpiku Malti kien nominat talli serva b’mod abbli bħala ammbaxxatur għall-ħarsien tal-ibħra u ko-fundatur tal-kampanja ‘Wave of Change’ li tqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis tal-plastik fl-ibħra Maltin.

Il-WOWSA Awards huwa rikonoxximent dinji annwali li jirikonoxxi l-isforzi tal-għawwiema fil-baħar miftuħ madwar id-dinja.

Neil Agius, attivist li kontinwament jenfasiżża l-importanza għat-tnaqqis tal-użu tal-plastik u proġetti ta’ sostenibbiltà, huwa magħruf l-aktar għall-għawma ta’ 126.3 km mill-Italja għal Malta, qalb l-Istrett ta’ Sqallija bħala l-itwal għawma kontinwa, mingħajr għajnuna u fl-istorja fuq 52 siegħa kif ukoll il-ħolqien u l-promozzjoni tal-kampanja Wave of Change għal Malta u Għawdex. Agius stabbilixxa rekord dinji fil-Baħar Mediterran biex jqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis tal-plastik fl-ibħra.

Il-premju World Open Water Swimming Man of the Year huwa Premju WOWSA annwali li jingħata mill-World Open Water Swimming Association u maħsub biex jonora l-individwi li (1) jinkorpora bl-aħjar mod l-ispirtu tal-għawm fiil-baħar miftuħ, (2) jippossjedi s-sens ta’avventura, tenaċità u perseveranza li dawn l-għawwiema huma magħrufa għalihom, u (3) li jinfluwenza bl-aktar mod pożittiv id-dinja tal-għawm fil-baħar miftuħ matul is-sena.

“Hu ta’ unur li nkun nominat għal Premju bħal dan u jħeġġiġni nkompli fil-ġlieda kontra t-tniġġis fl-ibħra tagħna” spjega Agius. “Dan il-Premju huwa wkoll grazzi għall-appoġġ tal-familija tiegħi u sħabi f’Wave of Change. Grazzi speċjali tmur lill-Fondazzjoni Alf Mizzi, Intersport, u Dr Juice, peress li mingħajr l-għajnuna tagħhom inizjattivi bħal dawn ma jkunux jistgħu jsiru”

Il-pubbliku jista’ jgħin fin-nomina ta’ Neil billi jivvota għall-premju tiegħu hawn: https://www.openwaterswimming.com/contestants/neil-agius-malta-2021/?

Ekonomija

Sport