Sunday, December 22, 2024

L-attur Henry Silva miet jum qabel għalaq 96 sena

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Henry Silva fl-età ta’ 95 sena. Huwa jibqa’ l-aktar magħruf bħala protagonist f’films bħalma huma Ocean’s 11, The Manchurian Candidate u Johnny Cool.

Il-mewt tiegħu ġiet ikkonfermata minn ibnu Scott, li qal lil The Hollywood Reporter li missieru miet mewta naturali nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru, jum ’il bogħod minn għeluq is-96 sena tiegħu.

L-attur, li twieled fi Brooklyn, New York fl-1926 miet fil-Motion Picture & Television Country House and Hospital f’Woodland Hills.

Tul il-karriera tiegħu, Silva sar magħruf għall-interpretazzjoni ta’ karattri li ħafna drabi kienu kriminali jew gangsters, li dehru fi produzzjonijiet fosthom Buck Rogers in the 25th Century, The Tall T, Above the Law u The Boss.

L-attur kien membru onorarju tar-Rat Pack – il-grupp famuż ta’ animaturi magħmul minn individwi fosthom Frank Sinatra, Dean Martin, Sammy Davis Jr., Peter Lawford, u Joey Bishop.

Ekonomija

Sport