Wednesday, May 13, 2026

L-avveniment The Captain vs Vice-Captain isir b’suċċess fir-Royal Malta Golf Club

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-avveniment Captain vs Vice-Captain fir-Royal Malta Golf Club fil-Marsa, fejn aktar mill-element kompetittiv, kien hemm atmosfera ta’ ħbiberija bejn diversi plejers tal-golf.

Dan l-avveniment sar hekk kif fil-jiem li ġejjin se jkun hemm it-tibdil tal-kaptain tar-RMGC fejn Irwin Gratil se jispiċċa t-terminu tiegħu sabiex minfloku se jiġi maħtur Tim Cleasby.

Fl-avveniment ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienu The Captain’s Team li ħarġu rebbieħa b’Anders Bergman u Andy Featherstone li spikkaw fl-ewwel post sabiex Noah Gratil u Aleks Vagimov temmew fit-tieni post.

Fi tmiem l-avveniment, l-isponsors ewlenin JJ Micallef minn LJ Projects Ltd u Peter Stroud f’isem FGS ippreżentaw il-premjijiet lir-rebbieħa fil-preżenza tal-istess Irwin Gratil.

Il-kompetizzjonijiet fir-Royal Malta Golf Club ikomplu fi tmiem il-ġimgħa li ġej meta tintlagħab The Scratch Challenge.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport