Wednesday, May 13, 2026

Għaxaq Boċċi Club jirbħu l-konfront dirett kontra St Peter’s Żabbar

Aqra wkoll

Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi kompla bis-sitt ġurnata tiegħu fejn fil-konfront prinċipali, Għaxaq għelbu lil St Peter’s Żabbar 21-6. Dan kien ifisser li issa huma l-Għaxqin li jinsabu waħedhom fil-quċċata hekk kif rebħu s-sitt logħbiet li lagħbu. It-tim magħmul minn Noel Axiaq, Joseph Tabone u Michael Buhagiar kien ferm superjuri tul il-logħba kollha u minkejja l-isforzi taż-Żabbarin, ftit setgħu jagħmlu fil-ġurnata.

Msida kisbu rebħa dominanti ta’ 21-0 kontra Qormi San Bastjan biex issa għandhom ħames punti fil-klassifika. Żejtun għelbu lil Santa Venera 21-8, filwaqt li Żurrieq rebħu barra minn darhom kontra Buġibba 21-11. Intant, Lija għelbu lil San Ġwann 21-16 barra minn darhom filwaqt li Żebbuġ xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Birkirkara 21-18. 

KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI:

Għaxaq 6, Msida, Żabbar 5, Lija 4, Birkirkara, Żejtun, Żurrieq 3, Santa Venera, Żebbuġ 2, San Ġwann, Buġibba, Qormi San Bastjan 1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport