Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Qormi Daikin champions tal-Hockey 7s.

Qormi Daikin champions tal-Hockey 7s.

0
17

Qormi Daikin ikkonfermaw ruħhom bħala ċ-champions tal-Hockey 7s wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għelbu lil Rabat 11-1 f’logħba li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

It-tim immexxi minn Steve Tanti għamel l-intenzjonijiet ċari sa mill-bidu u kellu lil Neil Spiteri Montebello, Bir Sandhu u Wyatt Magri awturi ta’ doppjetta kull wieħed.

Ayrton Falzon, Nicole Zammit, John Williams, Julian Zahra u Joseph Cuschieri komplew iżidu l-iskor għall-Qriema.