Saturday, December 14, 2024

“L-avvenimenti bilwieqfa jistgħu jibdew isiru mill-10 ta’ April” – id-DPM

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna u l-pjan għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet li bħalissa għadhom fis-seħħ.

Huwa qal li l-‘exit road map’ tal-Covid-19 għadha għaddejja kif ippjanat u se nkomplu għaddejjin biha għax in-numru ta’ każijiet pożittivi li għandna f’Mater Dei baqa’ taħt kontroll. Fil-fatt mit-Tnejn li ġej dawk li huma mlaqqmin il-kwarantina se tispiċċa għal min hu kuntatt primarju u se tinżel għal sebat ijiem għal min ikun pożittiv jew min qed jgħix fl-istess dar ma’ min hu pożittiv.

Dawk li huma kuntatti sekondarji u mhumiex imlaqqma se tispiċċa l-kwarantina u għal kuntatti primarja se tinżel għal ħamest ijiem. Fis-7 ta’ Marzu wkoll dawk il-vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiżi dark-red u huma mlaqqmin minn 10 ijiem se tinżel għal 7 ijiem.

Mill-14 ta’ Marzu, il-maskri f’postijiet pubbliċi fuq barra mhumiex se jibqgħu obbligatorji ħlief għal avvenimenti tal-massa. Mill-1 ta’ April it-tiġijiet jistgħu jilqgħu sa 300 ruħ bilwieqfa.

Mill-11 ta’ April kien tħabbar li l-avvenimenti bilwieqfa se jkunu permessi. Dawk l-avvenimenti jsiru fuq barra għal kulħadd filwaqt li dawk f’postijiet magħluqa fuq ġewwa jkunu aċċessibbli għal min ikun ħa t-tilqima.

Id-Deputat Prim Ministru qal li kellhom diskussjonijiet mal-Curia fejn intalbu li jantiċipaw b’ġurnata, għall-10 ta’ April, biex ikunu jistgħu jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm. “Wara li ddiskutejna mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, jidher li din tista’ tkun possibbli. Għalhekk l-avvenimenti bilwieqfa jistgħu jibdew isiru mill-10 ta’ April.”

Ekonomija

Sport