Tuesday, December 24, 2024

L-AWTIŻMU… SFIDI U REALTAJIET

Aqra wkoll

It-tfal huma kollox għall-ġenituri l-għaliex flinnoċenza tagħhom juru imħabba u rispett lejn kulħadd, tant illi kieku d-dinja kienet kollha bħalhom, ma jkunx hawn gwerer u kunflitti kif id-dinja ilha u għadha għaddejja minnhom. Huwa propju għalhekk li llum, aktar minn qabel, nitkellmu fuq it-tfal, partikolarment dawk li maħkuma mill-kundizzjoni tal-awtiżmu.

Ironikament, illum huwa l-Jum Dinji dedikat għal aktar Għarfien dwar l-Awtiżmu. F’dan il-jum, kif mistenni, jixxerred iktar l-għarfien għad-drittijiet tal-persuni bl-awtiżmu, kundizzjoni li tibda mit-tfulija u tkompli anki fl-età adulta. L-awtiżmu huwa realtà li niltaqgħu magħha fil-ħajja ta’ kuljum.

Diffiċli ssir taf lil xi ħadd li m’għandu ebda persna fost il-familja tiegħu, kollegi tax-xogħol jew ħbieb bl-awtiżmu. Għalkemm ma jeżistux ċifri uffiċjali, studji firRenju Unit juru li madwar persuna minn kull mija tinsab affetwata minn din il-kundizzjoni, fuq skali differenti.

Kieku kellna napplikaw għal pajjiżna l-istatistika tar-Renju Unit insibu li għandna eluf ta’ persuni f’Malta li għandhom il-kundizzjoni talawtiżmu. Filwaqt li nammettu li llum il-ġurnata f’pajjiżna saru avvanzi u progress sinifikanti f’dan il-qasam, f is-sens ta’ sforzi favur integrazzjoni aħjar fissoċjetà ta’ persuni bl-awtiżmu – kif wara kollox għandu jkun f’soċjetà ġusta – madankollu, dawn ilpersuni u l-familjari tagħhom għad għandhom sfidi kbar quddiemhom.

Qabel kollox, irridu napprezzaw li l-awtiżmu huwa wkoll wieħed mill-vjaġġi tal-ħajja. Huwa kundizzjoni newroloġika li ma tgħaddix meta persuna toħroġ mit-tfulija tagħha. Filwaqt li l-identifikazzjoni tal-awtiżmu f’età bikrija hija kruċjali biex jiġu indirizzati sfidi fil-fażi tal-iżvilupp, fl-età adulta dawn il-persuni xorta jibqgħu jeħtieġu appoġġ tul ħajjithom kollha hekk kif jiltaqgħu ma’ sfidi f’aspetti differenti fil-ħajja, fosthom l-edukazzjoni, l-impjiegi, relazzjonijiet u ħajja indipendenti.

Barra l-bżonn ta’ fondi għal proġetti differenti bħal kmamar multi-sensorjali li huma ta’ wens kbir għal persuni b’awtiżmu, it-tkabbir tal-għarfien jagħmel differenza kbira għall-ħajja ta’ persuni b’awtiżmu. Billi naħdmu favur l-għarfien talawtiżmu lil hinn mit-tfulija, is-soċjetà tista’ tkun waħda aktar inklussiva u nistgħu noħolqu ambjenti li jakkomodaw aħjar dawn l-individwi.

Fl-aħħar millaħħar, li nħaddnu kultura aktar aċċessibbli hija ta’ benefiċċju mhux biss għal persuni b’awtiżmu iżda tagħmel is-soċjetà tagħna waħda aktar rikka fissolidarjeta’ ta’ bejnietna.

Ekonomija

Sport