Wednesday, July 24, 2024

Team Horsepower jirbaħ l-Ormsby Johnson Cup

Aqra wkoll

Team Horsepower rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ormsby Johnson Cup organizzata mill-Malta Polo Club.

Tliet timijet ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni li saret fil-Malta Equidrome fil-Marsa u dawn kienu Team Horsepower, Team Camilleri u Team Family.

Dawn it-tliet timijiet kienu magħmula minn plejers ta’ esperjenza li lagħbu ma’ oħrajn li ftit ilhom jipprattikaw dan l-isport. .

Team Horsepower kien iffurmat minn Matthew Borg, Petra Vella, Emma Aquilina u Matthew Grech filwaqt li Team Family kellu lil Greg Gera, Jeremy Besanscon, Kim Besancon u Bex Gera. Finalment Team Camilleri kien kompost minn Ivan Camilleri/Chris Delia, Julian Mamo, Francesca Camilleri u Ella Parker.

L-Umpires għal dawn iċ-Chukkas kienu Chris Wightman u Mark Darmanin li kellhom kontroll tajjeb ferm.

Sadanittant fiċ-Chukkas li kellna Team Horsepower u Team Camilleri spiċċaw fi draw ta’ 1-1 bit-tieni logħba li ġiet mirbuħa minn Team Horsepower fuq Team Family b’punt u nofs kontra wieħed. Finalment Team Family għelbu lil Team Camilleri b’żewġ punti u nofs għal xejn.

Fl-istess waqt, Emma Aquilina rebħet l-unur tal-aqwa plejer tat-turnament bid-debba ta’ Jeremy Besancon Maya li ħadet l-unur tal-aqwa pony.

Ekonomija

Sport