Monday, May 13, 2024

Esperti tat-temp jgħidu li llum inkiser rekord ta’ sħana fix-xahar ta’ April sa mill-1985

Aqra wkoll

Illum pajjiżna esperjenza l-aktar ġurnata sħuna li qatt ġiet irrekordjata fix-xahar ta’ April. Minn informazzjoni mill-istazzjon tat-temp f’Ħal Lija, Malta kellha temperatura rekord li laħqet il-31.8°C għall-ħabta tat-2:45 p.m

Din it-temperatura fissret tnax-il grad Celsius (12°C) ogħla mill-medja staġjonali.  Intant l-aktar ġurnata sħuna mkejla fl-istorja għax-xahar t’April kienet dik tad-9 t’April 1985, b’temperatura ta’ 30.7°C. 

Intant bosta kienu dawk li bħas-soltu meta jaraw ġurnata sabiħa, marru fix-xemx ħdejn il-baħar, jew jgħumu jew inkella jixxemxu. Il-preżenza tax-xemx xorta se tibqa’ qawwija.

Għaldaqstant, il-pubbliku għandu xorta waħda joqgħod attent meta jkun espost dirett fix-xemx. 

Sport