Saturday, November 9, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja sistema ġdida energy-efficient tal-pompa tal-pixxina tan-Neptunes Waterpolo Club

Aqra wkoll

Minn Ottubru li ġej, in-Neptunes Waterpolo Club ser jibda jissaħħan il-pixxina ta’ barra permezz ta’ pompa ġdida li ser tiffranka lill-Club eluf ta’ ewro u tnaqqas b’mod sinifikanti l-carbon footprint tiegfiu. Dan l- investiment ta’ €450,000 qed isir possibbli wara li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA), permezz tal-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) tagfiha qablet li tiffinanzja dan il-proġett.

Bħala wiefied mill-pijunieri biex jippromwovi l-isport tal-għawm f’Malta, matul is-snin il-Club investa b’mod sinifikanti fl-infrastruttura tiegħu biex jiżgura li jibqa’ joffri lill-atleti tal-għawm ta’ kull età l- opportunità li jtejbu l-potenzjal tagħhom fl-isport u jkollhom stil ta’ ħajja ta’ kwalità għolja.

L-operat tal-pool bejn Ottubru u Mejju kien ta’ sfida finanzjarja gfiall-Club. It-tmexxija tal-Club esplorat teknoloġiji ġodda biex issib soluzzjoni li tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm finanzjarjament kif ukoll ambjentalment. Fil-verità, bl-installazzjoni tas-sistema l-ġdida tal-pompa mhux biss ser ikun hemm tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet lokalizzati tal-boiler tal-gass eżistenti iżda t-tnaqqis ta’ CO2 ser ikun ekwivalenti għat-tħawwil ta’ 15,000 siġra kull sena. L-applikazzjoni għall-finanzjament ġiet sottomessa     flimkien mal-Kunsill Reġjonali tal-Lvant.

Il-Ministru għax-Xogfilijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif permezz ta’ dawn il- fondi mill-Awtorità tal-Ippjanar se jkunu qed jintlefiqu tliet miri importanti. L-ewwel li jissarrfu l-fondi li jinġabru mill-proċess tal-Ippjanar fi proġetti fil-qalba tal-komunitajiet u t-tieni, li tiżdied l- aċċessibbiltà gfiall-pubbliku ġenerali għal faċilitajiet sportivi fil-bliet u l-irħula. It-tielet mira hi li permezz ta’ dan l-investiment, se tkompli tintlaħaq l-effiċjenza enerġetika biex pajjiżna jkollu carbon- neutral economy billi jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-karbonju fl-arja.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi kompla jgħid li jħares ‘il quddiem “għal aktar proġetti bħal dawn biex ikomplu jibbenefikaw aktar lokalitajiet iżda fuq kollox nkomplu ninvestu fi proġetti favur l-ambjent sabiex jiġu appoġġjati l-impenn u l-isforzi ta’ Malta fil-mitigazzjoni u l-addattament tat-tibdil fil-klima.”

Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Kumitat tal-Fond qal li “l-PA hija kburija li hija assoċjata ma’ dan il-proġett għax dan huwa investiment dirett fid-dixxiplina tal-isport u jżid in-numru ta’ faċilitajiet tal-għawm matul ix-xhur tax-xitwa. Aktar importanti minn hekk, dan l-investiment qed jittrasforma l-mod kif nagfimlu l-isports u jpoġġi fuq quddiem l-impatt ambjentali tal-mod kif inħaddmu l-faċilitajiet tagħna.”

Il-Perit Cassar żied jgħid li “konxju mill-fatt li l-isport huwa katalist għal moħħ u ġisem aktar b’saħħtu, l-Awtorità fi tmiem is-sena li għaddiet kienet neħħiet il-miżati kollha relatati ma’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp fuq proposti ta’ proġetti sportivi infrastrutturali. Min-naħa tagħna, irridu nippromwovu l-introduzzjoni  ta’ faċilitajiet sportivi ġodda u l-aġġornament ta’ dawk eżistenti.”

Dan mhux l-uniku proġett fil-qasam sportiv li l-Awtorità ffinanzjat permezz tal-Fond. Matul ix-xhur li għaddew, iffinanzjajna wkoll iċ-ċentru ġdid ta’ €2.2 miljun tas-Sirens f’San Pawl il-Bafiar, li jinsab fl- aħħar stadji ta’ tlestija tiegfiu, kif ukoll estensjoni ta’ żewġ sulari tal-club tat-tennis court fil-lokalità tas-Swieqi. L-estensjoni ser tipprovdi lil diversi organizzazzjonijiet sportivi bi spazju għall-uffiċċji u kmamar   tal-laqgħat li huma tant meħtieġa għal taħriġ, seminars u lectures.

Il-president tan-Neptunes Matthew Bonello irringrazzja bis-sħiħ lill-Kunsill Reġjonali u lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-appoġġ finanzjarju biex tittejjeb is-sistema tal-pool tal-club. Is-sistema l-ġdida ser tnaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż operattivi li tippermetti lill-Club jinvesti aktar fl-atleti tiegħu kif ukoll f’partijiet oħra tal-infrastruttura tal-Club. Is-sistema l-ġdida tal-pool, minbarra li hija aktar favur l-ambjent, hija wkoll mistennija li tkun aktar affidabbli mis-sistema eżistenti li taħdem bil-gass, li għandha t-tendenza li tieqaf pjuttost regolari.

Il-Fond jirċievi finanzjament minn sorsi differenti, bit-tariffi tal-parkeġġ fit-toroq huma l-aktar sinjifikanti fosthom. L-idea hija li l-komunità trid tiġi kkumpensata għan-nuqqas ta’ spazji ta’ parkeġġ tal-karozzi li jkun jeħtieġ il-proġett. Il-qligħ mill-ippjanar ukoll jagħmel parti mill-Fond, fejn żviluppatur ta’ żvilupp imdaqqas ġdid huwa mitlub jagħti kontribut finanzjarju għall-inkonvenjent ikkawżat fil- lokalità fejn iseħħ l-iżvilupp. Il-kontribuzzjonijiet kollha li jsiru lejn il-Fond jinżammu fil-lokalità fejn ikun ingħata l-iżvilupp. Matul l-aħħar ħames snin, il-Fond iffinanzja ’l fuq minn 170 proġett għall-ekwivalenti ta’ €17.5 miljun.

Sport