Saturday, December 21, 2024

“L-ebda attakk fuq uffiċjal tal-logħba mhu aċċettabbli” – L-MFRA

Aqra wkoll

Il-Malta Football Referees Association (MFRA) fi stqarrija maħruġa, ikkundannatb’mod sħiħ l-attakk illi sar ilbieraħ fuq wieħed mill-membri tagħha waqt illi kien qiegħed jirrefja partita mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA.

Riżultat ta’ dan l-attakk fiżiku, l-uffiċjal spiċċa mal-art, mitluf minn sensih u wara li ġie f’tiegħu kellu jiġi megħjun mill-assistenti sabiex joħroġ mill-grawnd. Aktar tard kellu jagħmel testijiet mediċi ġewwa l-klinika ta’ Raħal Ġdid kif ukoll l-isptar Mater Dei.

L-MFRA nnotat l-azzjoni immedjata tal-kumitat tal-klabb ikkonċernat li ssospenda lil dan il-plejer b’mod indefinit.

L-MFRA issa tistenna illi l-bord tad-dixxiplina tal-Malta FA jieħu passi dixxiplinarji b’saħħitom kontra l-istess plejer hekk kif huwa xieraq.

Dawn il-passi dixxiplinarji għandom jibgħatu messaġġ ċar illi kwalunkwe tip t’attakk fuq l-uffiċjali tal-logħba mhuwiex aċċettabli u ser jiġi trattat bl-aktar mod serju.

Filwaqt li tistenna l-eżitu tal-bord tad-dixxiplina, l-MFRA tappella għal aktar rispett lejn l-uffiċjali tal-logħba.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport