Friday, April 19, 2024

L-ebda każ ġdid… ħadd ma jirkupra … Il-każi attivi jibqgħu erbgħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġoranament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna ġie kkonfermat dak li ħabbar aktar kmieni l-Ministru Għas-Saħħa Chris Fearne. Minn 1,087 persuna li ġew ittestjati ma kien hemm ħadd li rriżulta pożittiv għall-virus.

Ma kien hemm ħadd li rkupra u b’hekk il-każi attivi f’pajjiżna baqgħu erbgħa.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne aktar kmieni dalgħodu ħabbar li llum nagħlqu ġimgħa mingħajr l-ebda każ ġdid tal-Covid-19. Huwa appella lill-pubbliku biex nibqgħu nkunu prudenti sabiex inkunu nistgħu nibqgħu ngawdu minn dan is-suċċess.

Sport