Wednesday, July 22, 2026
Home Aktar L-ebda każ ġdid … Ifiqu tnejn oħra

L-ebda każ ġdid … Ifiqu tnejn oħra

0
644

Skont l-aħħar aġġornamenti b’rabta mal-Covid-19 fl-aħħar sigħat saru 775 swab test u minnhom ħadd ma rriżulta pożittiv għall-virus.

Intant kien hemm żewġ persuni oħra li fiequ u b’hekk il-każijiet attivi niżlu għal sebgħa.

Skont l-informazzjoni maħruġa, il-pazjenti f’Malta jieħdu madwar 16-il ġurnata biex jirkupraw mill-virus.