Monday, December 23, 2024

L-ebda spekulazzjoni tal-art fil-Qajjenza fuq proprjetà tal-Enemalta

Aqra wkoll

Il-kumpanija Enemalta permezz ta’ post fuq il-midja soċjali qalet li b’referenza għal istorja ppubblikata mill-MaltaToday dwar spekulazzjoni fuq art fil-Qajjenza, fil-limiti ta’ Birżebbuġa, li hi proprjetà tal-istess kumpanija qatt ma ġiet ikkonsultata jew ippreżentata bil-viżwal tal-iżvilupp fuq art fil-Qajjenza. Għalhekk, l-Enemalta qatt ma tat l-approvazzjoni tagħha għal dan id-disinn.

L-Enemalta qalet li l-għan hu li tirriġenera l-art li hija proprjeta tagħha bl-aħjar mod.

Dwar l-istess storja il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, ċaħdet kategorikament li se jsir xi spekulazzjoni fuq art fil-Qajjenza

Din ir-reazzjoni saret wara li ġew ippubblikati impressjonijiet artistiċi mill-privat dwar xi żvilupp ta’ blokok ta’ appartamenti fiż-żona. Il-Ministru Dalli saħqet li l-viżwal ippreżentat mhux aċċettabbli u ntalab li jitneħħa minnufih. Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern, bħala shareholder, u l-Enemalta stess qatt ma raw tali disinji.

Ekonomija

Sport