Saturday, July 20, 2024

Fi triqitha lejn Malta wara li fieqet mill-kanċer

Aqra wkoll

Mara li kienet ilha għal dawn l-aħħar ħames xhur f’Londra sabiex isirilha trapjant tal-mudullun, tinsab fi triqitha lejn Malta. Dan qalitu Puttinu Cares, f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li l-istess intervent li għamlet kien ta’ suċċess.

Ingħad li issa Herta Attard tinsab kuntenta immens għax minbarra li fieqet mill-ksnċer, se tkun qiegħda tirritorna lura Malta mal-għeżiez tagħha. Puttinu Cares awgurawlha u qalula li ma jdumux ma jarawha.

Permezz tal-ġenerożitá mill-poplu Malti u Għawdxi u permezz tal-għajnuna li lkoll nafu li toffri Puttinu, Herta kellha akkomodazzjoni f’Londra stess.

Huma appellaw sabiex dak li jkun jżomm lill-pazjenti li għadhom għaddejjin bil-kura, fit-talb tagħhom

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport