Monday, May 13, 2024

L-eCabs u l-proġett ‘Victory Kitchen’ se jwasslu l-ikel wara l-bibien tan-nies

Aqra wkoll

Rafel Sammut beda l-proġett tiegħu tal-‘Victory Kitchen’ bil-għan li jwassal numru ta’ ikliet lil numru ta’ familji matul dan iż-żmien iebes għal Malta. Kien f’dan il-waqt li eCabs solvietlu l-problema tad-deliveries li kellu. 

“L-idea li tingħata għajnuna lil ħaddieħor qablet perfettament ma’ l-istess valuri tagħna. Il-viżjoni ta’ Rafel għoġbitna mill-ewwel speċjalment l-idea ta’ inizjattiva li mhux biss issir f’mument ta’ kriżi iżda li dan ikun proġett fit-tul. L-iżjed parti iebsa qed jagħmilha hu u għalhekk, li ngħinuh fl-aħħar parti tal-proċess kienet deċiżjoni ovvja u faċli għalina,” qal Simon Debono, Chief Marketing Officer ta’ eCabs.

“Ikolli nammetti li dan il-proġett kien ikun ferm iżjed diffiċli li nwettqu li kieku ma kienx għall-għajnuna ta’ eCabs li mill-ewwel ikkommettew ruħhom li jgħinuna u għal dan il-għan, qed jiddedikaw numru ta’ sewwieqa tagħhom li qed jieħdu ħsieb iwasslu l-ikel kollu fil-ħin u b’mod verament organiżżat,” qal Rafel.

Sal-llum twasslu 360 ikla għand 75 familja differenti

L-inizjattiva kollha bdiet meta twassal xi ikel għand familja ta’ sitta u l-iskop kien li jibda’ jitwassal ikel lil ħames familji kull ġimgħa. Għaldaqstant, l-affarijiet malajr qabdu ritmu u fl-ewwel ġimgħa, eCabs kienet diġa wasslet 65 ikla. Sa llum twasslu 360 ikla għand 75 familja differenti.

L-għajnuna ta’ eCabs’ b’riżq dan il-proġett tal-Victory Kitchen huwa mibni fuq is-servizz ta’ delivery “eCabs Delivers” li għadu kemm tnieda dan l-aħħar sabiex jgħin lis-sidien kollha ta’ negozju jwasslu l-prodotti tagħhom lill-klijenti b’rati realistiċi u raġjonevoli.

“Dan is-servizz ta’ deliveries qed jitmexxa skond il-proċeduri l-ġodda ta’ eCabs li jiżguraw li kull delivery issir wara li l-vetturi jkunu tnaddfu u ġew disinfettati bil-prodotti kollha neċessarji. Għalhekk, kuntenti li qed ikollna opportunità oħra li napplikaw dawn l-istandards għoljin ta’ iġjene għal din l-inizjattiva tant nobbli,” temm jgħid Simon Debono.

Sport