Saturday, October 17, 2026
Home Sport L-eks player ta’ Manchester United, Antony, vittma ta’ serqa f’daru waqt il-partita...

L-eks player ta’ Manchester United, Antony, vittma ta’ serqa f’daru waqt il-partita kontra FC Porto

0
50

L-attakkant Brażiljan ta’ Real Betis, Antony, żvela li daru f’Sevilla ġiet misruqa waqt li kien qed jilgħab kontra Porto fil-UEFA Champions League.

L-eks player ta’ Manchester United, li kellu sehem fir-rebħa drammatika ta’ 3-2 ta’ Betis nhar l-Erbgħa, esprima r-rabja u d-diżappunt tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Il-player ta’ 26 sena qal li l-aktar li ddejjaq kien mhux it-telfa ta’ oġġetti materjali, iżda s-sens ta’ nuqqas ta’ sigurtà li ħalla l-inċident fuqu u fuq il-familja tiegħu.

Antony saħaq li l-ħajja u l-benesseri tal-familja tiegħu huma ferm aktar importanti minn kwalunkwe ġid materjali, u qal li dak li ntilef jista’ jerġa’ jinbena

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here