Sunday, December 22, 2024

L-eks PM Robert Fico jerbaħ l-elezzjoni fl-Islovakkja

Aqra wkoll

Il-partit Smer tal-eks Prim Ministru Robert Fico rebaħ l-elezzjoni fis-Slovakkja, wara li kiseb aktar appoġġ mill-kontestanti l-oħra tal-partit progressiv Slovakk. 

B’aktar minn 98% tad-distretti magħduda, il-partit Smer kiseb aktar minn 23% tal-voti, filwaqt l-partit Progressiv Slovakk (PS) ta’ Michal Šimečka u l-partit Hlas ta’ Peter Pellegrini kisbu 17% u 15% tal-voti rispettivament.

L-eżitu ta’ din l-elezzjoni x’aktarx li se tkompli żżid il-biżgħat dwar l-orjentazzjoni futura tal-politika barranija tas-Slovakkja. Fico, ta’ 59 sena, wiegħed li jwaqqaf l-għajnuna militari lill-Ukrajna, ikkritika sanzjonijiet immirati lejn ir-Russja u saħansitra għamel kampanja kontra d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+. 

Madankollu, il-gvern il-ġdid Slovakk se jiddependi fuq il-koalizzjoni ma’ partiti iżgħar, inkluż dak ta’ Pellegrini. Il-partit ta’ dan tal-aħħar sa issa żamm l-għażliet tiegħu miftuħa u rrifjuta li jgħid liema partit jappoġġja iżda huwa maħsub li jiffavorixxi alleanza mal-partit Smer.

Ekonomija

Sport