Wednesday, July 24, 2024

L-eks president tal-FA Spanjola Luis Rubiales se jgħaddi ġuri fuq bewsa?

Aqra wkoll

Imħallef Spanjol ippropona li l-eks president tal-Federazzjoni Spanjola tal-Football, Luis Rubiales, għandu jgħaddi ġuri minħabba l-bewsa fit-Tazza tad-Dinja tan-nisa lill-captain Jenni Hermoso. Huwa qabad ras il-player u biesha waqt il-preżentazzjoni wara r-rebħa ta’ Spanja fl-Awstralja.

L-imħallef sab li hemm biżżejjed evidenza biex il-kwistjoni tipproċedi għall-proċess. Waqt seduta fl-Audencia Nacional, f’Madrid, huwa ddeskriva l-bewsa bħala “mhux kunsenswali u… inizjattiva unilaterali u sor­pren­denti”, iżda Hermoso qed tiċħad dan. 

Ekonomija

Sport