Il-partit lemini estem tal-Italja bl-isem ta’ Fratelli d’Italia – li mistenniji li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej – issospenda wieħed mill-kandidati tiegħu wara tifħir li dan kien għadda lejn Adolf Hitler fuq il-midja soċjali.
Il-kumment ta’ Calogero Pisano jmur lura għall-2014 fejn hu kien qabbel lill-kap tal-partit tiegħu Giorgia Meloni “ma’ statista kbir ta’ 70 sena ilu”. Hu kien żied jgħid li qed jirreferi “għal Ġermaniż” u mhux għal Benito Mussolini. Fid-dawl ta’ dan kollu l-partit Fratelli d’Italia issa uffiċjalment qal li Pisano mhux se jirrappreżenta iktar lil dan il-partit.
Min-naħa tagħha matul dawn l-aħħar snin Meloni ħadmet ħafna biex tbiegħed lill-partit tagħha mill-għeruq neo-faxxisti. Skont sondaġġi tal-opinjoni pubblika, il-partit Fradelli d’Italia qed igawdu l-ikbar appoġġ fost l-elettorat. Huma kkampanjaw favur tnaqqis fit-taxxi u pożizzjoni iebsa dwar l-immigrazzjo-
ni.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa, Pisano kienet ukoll uriet appoġġ lejn il-President Russu Vladimir Putin.