Wednesday, April 24, 2024

Sospensjoni ta’ sena għall-partitarji li jinvadu l-grounds fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Fl-Ingilterra, partitarji li jinstabu ħatja li daħlu fil-ground mingħajr permess jew li jużaw bombi tad-duħħan u pirotekniċi oħra se jirċievu s-sospensjoni awtomatika ta’ 12-il xahar. Is-sospensjonijiet  jistgħu jiġu estiżi wkoll għall-ġenituri jew “gwardjani” ta’ tfal li jakkumpanjawhom li jieħdu sehem f’attivitajiet bħal dawn.

Bi tweġiba għal  invażjonijiet perikolużi tal-grounds fil-Premier League u l-kampjonati inferjuri fl-istaġun li għadda, il-clubs tal-ogħla livell tal-Ingilterra ltaqgħu f’Londra nhar l-Erbgħa fit-tentattiv biex isibu soluzzjoni għall-problema li qed tikber b’mod drastiku. 

Din ir-regola se tidħol fis-seħħ immedjatament, bir-round li jmiss tal-partiti tal-Premier League ippjanat igħal tmiem il-ġimgħa tal-1 u t-2 ta’ Ottubru. 

“F’Laqgħa tal-azzjonisti tal-Premier League, il-clubs qablu unanimament li jintroduċu sospensjoni ta’ tul minimu għall-partitarji li jieħdu sehem f’imġieba anti-soċjali u kriminali fl-istadiums,” qalet stqarrija tal-Premier League.

“Il-partitarji li jinqabdu jġorru jew jattivaw pirotekniċi jew bombi tad-duħħan, jew jidħlu fil-ground mingħajr permess, se jirċievu sospensjoni awtomatika b’terminu minimu ta’ sena.”

Sport