Wednesday, March 27, 2024

L-elezzjonijiet fl-Italja: Partit lemini estrem ikeċċi kandidat wara kummenti ta’ tifħir lejn Hitler

Aqra wkoll

Il-partit lemini estem tal-Italja bl-isem ta’ Fratelli d’Italia – li mistenniji li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej –  issospenda wieħed mill-kandidati tiegħu wara tifħir li dan kien għadda lejn Adolf Hitler fuq il-midja soċjali.

Il-kumment ta’ Calogero Pisano jmur lura għall-2014 fejn hu kien qabbel lill-kap tal-partit tiegħu Giorgia Meloni “ma’ statista kbir ta’ 70 sena ilu”. Hu kien żied jgħid li qed jirreferi “għal Ġermaniż” u mhux għal Benito Mussolini. Fid-dawl ta’ dan kollu l-partit Fratelli d’Italia issa uffiċjalment qal li Pisano mhux se jirrappreżenta iktar lil dan il-partit. 

Min-naħa tagħha matul dawn l-aħħar snin Meloni ħadmet ħafna biex tbiegħed lill-partit tagħha mill-għeruq neo-faxxisti. Skont sondaġġi tal-opinjoni pubblika, il-partit Fradelli d’Italia qed igawdu l-ikbar appoġġ fost l-elettorat. Huma kkampanjaw favur tnaqqis fit-taxxi u pożizzjoni iebsa dwar l-immigrazzjo-
ni. 

Skont l-aġenzija tal-aħ­barijiet Taljana Ansa, Pisano kienet ukoll uriet appoġġ lejn il-President Russu Vladimir Putin. 

Ekonomija

Sport