Thursday, April 18, 2024

Il-UEFA qed tikkunsidra li team mill-MLS jilgħab kontra ċ-champions Ewropej f’inklużjoni tal-UEFA Super Cup

Aqra wkoll

Timijiet Amerikani jistgħu jiġu mistiedna jilagħbu kontra r-rebbieħa taċ-Champions League f’Super Cup mġedda li qed tiġi kkunsidrata mill-UEFA.

Bħalissa qed isiru diskussjonijiet għal avveniment ta’ ftuħ ta’ staġun ta’ erba’ timijiet biex jissostitwixxi s-Super Cup attwali.

Dan ikun jinkludi r-rebbieħa taċ-Champions League u l-Europa League kif inhu l-każ bħalissa, kif  ukoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni l-ġdida tal-Europa Conference League.

L-Istati Uniti, meqjusa bħala s-suq ewlieni tat-tkabbir għall-football Ewropew, hija d-destinazzjoni ewlenija li qed tiġi diskussa u għażla waħda tkun li jiġu inklużi ċ-champions tal-pajjiż ospitanti – f’dan il-każ, ir-rebbieħa tal-Major League Soccer – bħala r-raba’ team fil-kompetizzjoni.

Il-ftehim ġdid tal-UEFA dwar id-drittijiet tax-xandir bl-Ingliż fl-Istati Uniti għall-kompetizzjonijiet tal-clubs Ewropej jirrappreżenta titjib ta’ 150% fuq il-kuntratt eżistenti tagħha, b’aktar dħul għad irid jiġi ġġenerat mill-bejgħ tad-drittijiet tal-lingwa Spanjola.

Huwa mifhum li f’dan l-istadju ma kien hemm ebda taħditiet serji dwar il-logħob ta’ partiti taċ-Champions League – jew logħob tal-fażi tal-gruppi, partiti tan-knockout jew il-finali – barra mill-Ewropa.

Iżda l-idea ta’ “kampjonat” ġdid biex jissostitwixxi s-Super Cup mill-2024 qed tiġi ttrattata bħala mezz biex ikun hemm aktar dħul, mhux biss għall-clubs li jikkompetu iżda għall-football Ewropew kollu, billi tattira udjenza ġdida, b’enfasi ta’ aktar familji u partitarji nisa.

Ekonomija

Sport