Friday, December 20, 2024

“L-emenda se żżid mal-kaos kif ukoll l-atmosfera ta’ free for all” 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Parlament kompliet tiġi diskussa l-emenda fil-liġi li għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas regolatorju b’saħħtu dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet li din l-emenda se tkompli żżid mal-kaos kif ukoll l-atmosfera ta’ free for all li skontha llum qiegħda tirrenja b’riżultat tal-mod li bih iddaħħlet din il-liġi. 

Attard Previ sostniet li tinsab ċerta li l-ikbar biża’ ta’ kull ġenitur hi li uliedu qatt imissu ma’ xi tip ta’ droga għax “ilkoll nafu li d-droga hi addictive u la darba tibdiha mhux faċli twaqqafha u r-riperkussjonijiet tal-vizzju tad-droga fuq il-ħajja tal-bniedem hi devastanti.”

Hija tenniet li hemm bżonn ta’ kampanji aktar robusti dwar il-prevenzjoni tad-droga għaliex fi kliemha stess “il-problema tad-droga kompliet tikber fil-pajjiż mhux tonqos.” Saħqet ukoll li l-użu tad-drogi huwa mifrux sew u sfortunatament dejjem qed jinħolqu drogi kimiċi ġodda.

Id-Deputat Nazzjonalista Attard Previ temmet tgħid li issa li qed inħarsu ‘l quddiem, l-Oppożizzjoni jinteressaha li tonqos tassew il-ħsara li tista’ ssir għal min jikkonsma l-kannabis.

Ekonomija

Sport