Tuesday, April 16, 2024

“Jeħtieġ nassistu lil dawk responsabbli li f’ċertu perjodu jkunu se jitilfu l-kontroll”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kommessi li nkomplu nippromwovu mudell regolatorju għall-użu responsabbli tal-kannabis”. Hekk kif fil-Parlament kompliet tiġi diskussa l-emenda fil-liġi li għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas regolatorju b’saħħtu dwar l-użu responsabbli tal-kannabis id-Deputat Laburista Romilda Zarb enfasizzat fuq l-importanza tal-infurzar biex nassiguraw il-benesseri ta’ kulħadd u l-ħtieġa li nkomplu nedukaw speċjalment minn età żgħira biex inrawmu f’uliedna ambjent ta’ għarfien dwar is-suġġett tal-kannabis.

Zarb qalet li jeħtieġ li nassistu lil dawk il-persuni li min-naħa tagħhom oriġinarjament ikunu qed jikkonsmaw il-kannabis b’mod responsabbli u f’ċertu perjodu ta’ ħajjithom ikunu se jitilfu l-kontroll. “Jeħtieġ ikollna qafas biex nassistu lil dawn il-persuni.” 

Tenniet li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jippromwovi mudell regolatorju għall-użu responsabbli tal-kannabis mhux mediċinali li huwa msejjes fuq il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u s-saħħa pubblika.

Ekonomija

Sport