Friday, December 27, 2024

L-Enemalta bi twissija dwar messaġġ qarrieqi

Aqra wkoll

L-Enemalta tixtieq tavża lill-pubbliku li bħalissa qed jiċċirkola messaġġ qarrieqi.

Skont twissija tal-Enemalta, il-messaġġ jgħid li dawk l-individwi li qed jirċievu dan il-messaġġ, qed jiġu infurmati illi għandhom jirċievu rifużjoni ta’ €32.00 u jkunu mistiedna jżuru ħolqa.

L-Enemalta tappella lill-pubbliku sabiex dawk l-individwi li jirċievu dan il-messaġġ minn fuq dan in-numru +49 163 9544709, m’għandhomx jiftħuh u għandhom iżommu lura milli jipprovdu dettalji personali.

L-Enemalta tfakkar li l-uniku messaġġi li jintbagħtu mill-Enemalta huma dwar xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ emerġenza lill-klijenti affettwati. 

Ekonomija

Sport