Monday, May 13, 2024

Erbat itfal jispiċċaw orfni wara li r-raġel ta’ waħda mill-għalliema maqtula miet b’attakk f’qalbu

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ waħda mill-għalliema maqtula fl-isparatura tal-massa f’Texas qiegħed ikun irrapurtat li miet b’attakk ta’ qalb.

Joe Garcia kien ir-raġel ta’ Irma Garcia li kien ilha tgħallem 23 sena fl-istess skola. Hija sfat matula flimkien ma’ għalliema oħra u 19-il tifel u tifla oħra.

Ir-raġuni wara l-mewt ta’ Joe Garcia hija li r-raġel miet b’qalbu maqsuma wara t-telfa ta’ martu. Rapporti oħra qegħdin jgħidu li huwa sofra attakk f’qalbu ftit sigħat wara li skopra dwar il-massakru f’Texas.

Huma ħallew jibku t-telfa tagħhom lill-erba’ wliedhom, żewġ subien u żewġ bniet li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 12 sa 23 sena.

Mal-aħbar li dawn spiċċaw orfni, qraba tal-vittma bdiet ġabra ta’ flus online bil-għan li tgħinhom f’din l-isfida tagħhom hekk kif fi ftit sigħat, ħajjithom inqelbet ta’ taħt fuq u se jkollhom jibdew ħajja ġdida ta’ indipendenza.

Minn talba modesta ta’ $10,000, f’perjodu relattivament qasir, id-donazzjonijiet splodew u nġabru aktar minn $1.6 miljun.

Sport