Saturday, December 14, 2024

L-enerġija ħadra fuq nett tal-aġenda tal-Med9

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum, se jkun qed jitella’ l-Med9 fejn numru ta’ persuni distinti fosthom disa’ Ministri minn pajjiżi differenti se jkunu qegħdin jiffukaw fuq l-enerġija rinovabbli u l-irwol tal-Mediterran bħala ċentru għall-enerġija ħadra.

Il-pajjiżi li se jieħdu sehem f’din il-laqgħa apparti Malta, huma Spanja, l-Italja, il-Kroazja, il-Greċja, Franza, Slovenja, il-Portugal u Ċipru.

Malta se tiġi irrapreżentata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli. Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Kadri Simon ukoll mistennija tkun preżenti.

Ekonomija

Sport