Wednesday, December 25, 2024

L-Erbgħa jingħata bidu għall-Yachting Malta Coastal Race

Aqra wkoll

Il-Yachting Malta Coastal Race tibda mill-Port ta’ Marsamxett għada l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru fl-1000 CEST. Appoġġjata b’mod ġeneruż minn Yachting Malta għal dawn l-aħħar tmien snin, it-tellieqa qasira hija opportunità perfetta għat-timijiet biex jgħamlu l-aħħar preparamenti qabel ir-Rolex Middle Sea Race li ġejja, li tibda nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru.

Il-Yachting Malta Coastal Race tal-2023 attirat line-up internazzjonali ta’ aktar minn 40 dgħajsa li jirrappreżentaw 15-il pajjiż b’ekwipaġġ minn ħafna aktar pajjiżi madwar id-dinja. Id-diversità tal-jottijiet hija notevoli, denja tal-qagħda tat-tellieqa tar-Rolex Middle Sea Race. Minn maxis sa timijie double handed il-Yachting Malta Coastal Race hija reklam tajjeb għat-tlielaq tal-jottijiet ġewwa u madwar l-arċipelagu Malti.

Il-flotta internazzjonali hija separata fi klassijiet u tlielaq taħt l-IRC Time Correction. Uħud mid-dgħajjes jinkludu Wally 93 Bullitt (ITA), PAC52 Warrior Won (USA), Ker 46 Lisa R (ITA), Swan 42 Lion’s Story (ROU), Dufour 44 Ton Ton Laferla, u Arcona 380 Kiboko Tatu ( l-Stati Uniti). Is-sena li għaddiet iddominaw id-dgħajjes Maltin. Ir-rebbieħ ġenerali kien J/99 Calypso, li ser terġa tikkompeti, għalkemm din is-sena ser jkunu Sebastian Ripard u Sam Pizzuto jtellqu double. Magħhom ser jingħaqad Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin kien rebbieħ tal-klassi u runner up overall.

Filwaqt li kważi l-parteċipanti kollha għall-Yachting Malta Coastal Race daħlu fir-Rolex Middle Sea Race, hemm xi eċċezzjonijietl, fosthom: Cape 31 Jubatus ta’ Sean Borg, il-jott Reflex 38 Vivace ta’ Andrew Agius Delicata, u l-jott B&C 46 Corona ta’ Luis Azzopardi minn Malta, u Dehler 37 Ages of Gaia ta’ Tommaso Calosso mill-Italja.

Lista tad-Dħul

Imnedija fl-2015, Yachting Malta hija sħubija bejn il-Gvern ta’ Malta u r-Royal Malta Yacht Club. Ir-rwol primarju tal-organizzazzjoni huwa li tidentifika u tattira avvenimenti ta’ jottijiet ta’ profil għoli lejn il-gżejjer Maltin. Bħala parti minn din il-missjoni, Yachting Malta tappoġġja wkoll il-produzzjoni ta’ streaming Rolex Middle Sea Race Live Start disponibbli fuq Facebook u YouTube.

“Yachting Malta bi pjaċir tappoġġja l-Yachting Malta Coastal Race u ħerqana li nilqgħu flotta oħra b’saħħitha għal dik li hija meqjusa bħala l-‘dress rehearsal’ għar-Rolex Middle Sea Race li ġejja. Malta ilha meqjusa bħala destinazzjoni mill-isbaħ għall-ibburdjar tidher mill-ħafna dgħajjes li jirritornaw għal din it-tiġrija. Nittamaw li l-ġodda jingħaqdu mal-flotta ta’ dgħajjes li jirritornaw fi tlielaq futuri.” – Michael Mifsud, CEO ta’ Yachting Malta

Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club, il-korsa għall-2023 Yachting Malta Coastal Race hija ta’ madwar 29 mil u tikkonsisti f’tiġrija madwar il-gżira ta’ Kemmuna. It-tbassir tat-temp ibassar irjieħ li jinbidlu kemm fil-veloċità kif ukoll fid-direzzjoni, u jindika l-kundizzjonijiet probabbli għat-tellieqa prestiġjuża li ġejja.

Għal aktar informazzjoni dwar Yachting Malta żur: https://yachtingmalta.org

Ekonomija

Sport