Saturday, December 21, 2024

L-escalator f’The Duke Shopping Mall

Aqra wkoll

The Duke Shopping Mall fir-Rabat, Għawdex, huwa bla dubju wieħed mill-aktar postijiet frekwentati f’Għawdex. Ili għal żmien sostanzjalment twil, xhur mhux jiem, ninnota li t-taraġ mekkanizzat (escalator) li għandu għall-ewwel sular ta’ taħt l-art jaħdem biss nofsu. Il-parti li ttellgħek ma taħdimx u biex tgħaxxaqha t-turġien tiegħu huma għoljin mhux ħażin.

Xi ħadd kien qalli li l-parti li mhux taħdem hija suġġetta għal inkjesta maġisterjali b’konnessjoni ma’ inċident li kien seħħ fejn weġġgħu xi nies. Sinċerament ma nafx jekk dan hux minnu, imma jekk hu hekk, possibbli li l-Maġistrat li qed imexxi/tmexxi l-inkjesta mhux konxja tal-inkonvenjent kawżat lill-klijenti? Għandu jgħaddi daqstant żmien biex il-klijenti jingħataw dan s-servizz?

Sadattant ikolli nirrimarka li s-servizz ta’ żewġ liftijiet fil-kumpless ftit li xejn huwa ta’ għajnuna. Apparti li fl-opinjoni tiegħi huma żgħar wisq għall-ammont ta’ nies li jkun hemm, huma wkoll batuti, ‘slow’ wisq, jieħdu ħin sostanzjalment twil biex jitilgħu u jinżlu.

Ekonomija

Sport