L-Estonjan jammetti li xorob flixkun whiskey u li kien għarwien bħala imħatra ma’ sħabu

Aqra wkoll

Raġel Estonjan ta’ 51 sena, li m’għandux residenza fissa f’Malta, ammetta quddiem il-Qorti li kien għarwien fil-pubbliku wara li, xorob flixkun whiskey u daħal f’imħatra ma’ sħabu.

Rainer Korgesaar wieġeb ħati għall-akkużi relatati ma’ inċident li seħħ fit-30 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tal-11.15pm, fi Pjazza San Filep. Huwa ġie mixli li kiser il-pudur jew il-morali pubblika, kif ukoll li kien għarwien fil-funtana li tinsab fl-istess pjazza.

Fil-Qorti ġie spjegat mill-Prosekuzzjoni li l-Pulizija kienet infurmata b’rapport dwar persuna għarwiena li kienet tinsab fil-funtana. Malli l-Pulizija waslet fuq il-post, ir-raġel ammetta li kien ikkonsma l-whiskey u mbagħad qabeż fil-funtana wara li għamel imħatra ma’ sħabu għal €200.

Il-Maġistrat Nadia Helena Vella ddeċidiet li tħalli l-każ għas-sentenza aktar tard illum.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur John Sammut, filwaqt li Korgesaar kien assistit mill-Avukat Silvan Pulis.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport